L-40 Edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu

//L-40 Edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu

L-40 Edizzjoni ta’ L-Għanja tal-Poplu

Għalkemm pajjiżna hu pajjiż żgħir, hu għandu identita’ sħiħa fil-biċċa l-kbira tal-oqsma tal-ħajja; u xejn inqas fil-qasam mużikali. Il-pajjiż wiret u qed jitħabat li jkabbar il-mużika tipika tiegħu, li tirrifletti l-ħajja sħiħa tal-poplu tagħna u ta’ dak kollu li jiġri madwarna. Għal dan il-għan fuq quddiem nett insibu l-ħidma għal aktar minn 40 sena ta’ dawk kollha li jorganizzaw u jipparteċipaw fl-Għanja tal-Poplu.

Il-ħsieb  għall- 40 edizzjoni  hu li nsaħħu l-preżenza ta’ gruppi li b’mużika ‘live’ u b’kanzunetti oriġinali, preferibilment maħsuba għal kollox minnhom, kemm fil-kliem, fil-mużika u fl-interpretazzjoni. Kanzunetti li ikellmuna bi kliem ġdid, kuraġġuż u attraenti fuq is-sitwazzjonijiet, li dejjem qed jevolvu b’ritmu imgħaġġel, li fihom qed issib ruħha l-umanita’, b’mod speċjali niesna u pajjiżna.

L-Għanja tal-poplu jipprova jressaq ‘il quddiem il-preżentazzjoni mużikali
ta’ gruppi. Dan bl-ebda mod ma jsarraf fi preġudizzju għall-parteċipazzjoni ta’ solisti.
Fl-aħħar mill-aħħar il-festival  jagħżel l-għanja rebbieħa irrespettivament minn min ikantha.

Huwa l-għan tal-organizzaturi li jiġbdu l-attenzjoni tal-awturi u kompożituri dwar il-kompetizzjoni żbilanċjata li l-kanzunetta Maltija għandha ma’ kant ieħor ġej minn pajjiżi li jiddominaw il-midja. Dan bil-għan li jsir iktar sforz biex tittejjeb il-kanzunetta Maltija.

Matul is-snin il-festival evolva minn festival bejn il-ħbieb, għal festival fuq livell nazzjonali; minn Festival bil-vuċi u bil-kitarra,
għall-festival b’mużika diġitali. Dan l-aħħar il-festival qed imur
kontra l-kurrent tal-akkumpanjament irrekordjat, u qed jitlob aktar
impenn mill-parteċipanti għax fl-Għanja tal-Poplu, jinterpretaw u
jakkumpanjaw il-kanzunetti tagħhom stess b’mod live. B’hekk il-festival
barra kantanti qed jinvolvi wkoll is-sehem ta’ ħafna mużiċisti.

Wara l-esperjenza tal-aħħar snin il- kumitat organizzattiv jixtieq li fil-festival jkun hemm hemm iktar kanzunetti li jesprimu l-pożittiv u l-gost tal-ħajja. Ifakkar wkoll li filwaqt li joffri premju speċjali għall-kanunetta bl-aħjar tema soċjali, il-kompożituri għandhom il-liberta’ li jiktbu fuq dak kollu li jixtiequ.

Din is-sena L-Għanja tal-Poplu qed jaħdem id f’id maċ-Ċentru għal-kreattivita’ biex itella’ l-40 edizzjoni ta’ dan il-festival. Hemm il-possibilita’ li l-festival isir f’Mejju, imma id-data u l-post flimkien mar-regolamenti jitħabbru hekk kif kollox ikun ikkonfermat.

L-organizzaturi ta’ L-Għanja tal-Poplu ser ikunu qed jilqgħu s-suġġerimenti tal-parteċipanti u s-segwaċi ta’ dan il-festival.

By | 2015-12-29T10:46:15+00:00 November 17th, 2015|Uncategorized|10 Comments

About the Author:

10 Comments

  1. Conrad Aquilina 11/17/2015 at 10:30 am - Reply

    Jiena naqbel mal-kuncett u l-format tal-festival b’akkumpanjament live. Imma tezisti l-problema li nahseb mhux jien biss inbati minnha.

    Jiena nikteb u nikkomponi u nirrikordja diski d-dar. M’ghandix grupp (band) u allura ninsab f’diffikulta’ kbira biex nipprezenta l-kanzunetta tieghi.

    Naf li din is-sena kien hemm is-servizz ta’ pjanist. Imma jiena ghandi kanzunetta b’kitarri, bass, drums, vjolin, u cello, kif nista’ naghmel? Jista’ jkun hemm xi tip ta’ ghajnuna f’dan is-sens? Nifhem li muzicisti qeghdin jahdmu u xieraq li jkollhom kumpens, Pero’ mhux facli tghaqqad grupp ghal diska wahda u biex inhallas dawn il-muzicisti kollha tigi wisq ghalja nahseb. U lanqas tkun worth ghal muzicisti meta tikkunsidra d-diversi rehearsals li jridu jsiru, ecc. ecc

    Grazzi mill-quddiem!

  2. Mark Anthony Bartolo 12/04/2015 at 10:06 am - Reply

    Dear Organisers,

    I intend to submit a song or two for the first time. I would appreciate it if you could inform me when the regulations and applications for the next edition are available. Well done for your previous work.

    Regards,

    Mark Anthony Bartolo
    99130695

    • ytc 01/05/2016 at 10:51 am - Reply

      Dear Mark
      the festival will be taking place at the end of May.
      The Launching of the festival will be next week at St James Cavallier, for which you are invited to attend.
      More details will follow.

      Charles Schembri

      • ytc 01/20/2016 at 5:49 pm - Reply

        Please note that the festival will be held at a later date that will be announced during the Launch in a few weeks time. apply through this website in order to attend.

      • ytc 02/14/2016 at 4:16 pm - Reply

        Please find all the details regarding the festival in Linji Gwida http://www.ghanjafest.com/wp-content/uploads/LinjiGwidaVer12-02-16.pdf . The festival will now be taking place on the 7th and 9th of July 2016.

    • ytc 01/05/2016 at 8:54 pm - Reply

      The festival will be launched next week, probably Thursday 14th Jan. If you can come, you are welcome. On that date the regulations will be published on this website http://www.ghanjafest.com .

      Thanks for your interest.
      Charles Schembri

    • ytc 01/17/2016 at 1:02 pm - Reply

      Id-data tat-Tnedija tal-Festival ser issir fi Frar, fejn ser inħabbru id-dettalji u r-regolamenti. Inkiteb hawn biex nistednuk http://www.ghanjafest.com/tnedija-ghanja-tal-poplu-2015/

    • ytc 02/14/2016 at 4:12 pm - Reply

      The guidelines are found here http://www.ghanjafest.com/wp-content/uploads/LinjiGwidaVer12-02-16.pdf where you will find all the details. Thanks for your interest. In case you need more information do not hesitate to contact us.

Leave A Comment

10 − two =